Fl-aħħar sigħat fieqet persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew ħames każijiet minn fost 1,649 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 27 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 968,012-il test.
Ingħataw ukoll 631,446 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 353,164 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 290,280 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.