Matul il-ġimgħa li għaddiet, 14-il stabbiliment instabu qed jiksru r-regoli marbuta mal-COVID-19 waqt 5,000 spezzjoni li saru mill-awtoritajiet f’bars, ristoranti, lukandi u stabbilimenti oħra.
Kien hemm 441 persuna li ma kinux qed josservaw regoli marbuta mal-ilbies mandatorju tal-maskri u r-regoli dwar in-numru ta’ nies li jistgħu jinġemgħu fil-pubbliku.
Kien hemm ukoll każ fejn inkisret ir-regola tal-kwarantina.
B’hekk it-total ta’ multi li ngħataw niżel għal 456, li jfisser li filwaqt li naqsu r-restrizzjonijiet, baqgħu preżenti l-entitajiet ta’ infurzar.