Fl-aħħar sigħat fiequ ħames persuni oħra mill-Coronavirus u feġġ każ minn fost 1,480 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 23 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 966,363 test.
Ingħataw ukoll 628,735 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 352,478 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 288,195 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.