Persuna rringrazzjat lill-Pulizija wara li ħidma sfieqa wasslet għas-sejba ta’ ħuha li hu fuq l-ispettru tal-awtiżmu.
F’messaġġ li tellgħu fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Korp tal-Pulizija, il-messaġġ ta’ ringrazzjament kien qed isir b’mod partikolari għall-Għassa tal-Ħamrun u dik tal-Qawra li f’ħakka t’għajn sabu lil ħuha l-kbir.
L-istess persuna rringrazzjat lill-PS825, 1218, 1217, 1269 u 419 flimkien mat-tim kollu.
Il-messaġġ temm ifaħħar il-ħidma tal-uffiċjali li jagħmlu parti mill-Korp tal-Pulizija.