Taljan ta’ 40 sena ndarab gravi wara li nqabad bejn żewġ inġenji, waqt li kienu mexjin.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 ta’ dalgħodu fi Triq San Ġeraldu, San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.