Fi Franza sar it-tieni rawnd t’elezzjonijiet reġjonali, bil-partit tal-lemin estrem li hu mmexxi minn Marine Le Pen falla milli jirbaħ il-maġġoranza f’uħud mir-reġjuni.
Anke l-partit ċentrali immexxi mill-President attwali Emmanuel Macron sofra minn riżultat ħżiena.
Le Pen kellha t-tama li tirbaħ wieħed mir-reġjuni meqjusa importanti għall-ewwel darba, fi sforz biex iżżid il-possibilità li tirbaħ l-elezzjoni presidenzjali li se ssir is-sena d-dieħla.
Ritratt: EPA/Reuters