Se tingħata konċessjoni ta’ tnax–il xahar fit-tnaqqis tal-boll fuq trasferiment ta’ negozju meta ġenitur jitrasferixxi n-negozju lit-tfal tiegħu. Dan minn 5% għal wieħed punt 1.5%.
Waqt il-qari tad-dokument tal-baġit għall-2017, il-Ministru Edward Scicluna ħabbar li mis-sena d-dieħla l-azzjonisti li jirċievu dividendi fuq profitti li jkunu saru wara l-ewwel ta’ Jannar minn kumpaniji mniżżla fuq il-Borża ta’ Malta, se jibdew jieħdu rifużjoni ta’ taxxa fuq dividendi li jiddikjaraw fil-formola tat-taxxa.