Waqt il-qari tal-baġit 2017 tħabbar li s-sigaretti se jogħlew b’medja ta’ 3.76% filwaqt li t-tabakk tal-brim se jogħla b’5.5%.
Is-sisa fuq xarbiet mhux alkoħoliċi se togħla b’żewġ ċenteżmi l-litru. Ir-rata fuq l-ilma tibqa’ l-istess biex tippromwovi xarbiet aktar tajbin għas-saħħa.