Għal darb oħra reġa’ ma feġġ l-ebda każ ta’ COVID-19, minn fost 1,660 test li saru.
Fl-istess waqt, fiequ tliet persuni oħra u l-każijiet attivi niżlu għal 29.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna, saru 963,044 test.
Ingħataw ukoll 621,674 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 350,092 persuna ħadu l-ewwel doża u 282,709 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.