Ebrahim Raisi mistenni jkun il-President il-ġdid tal-Iran, hekk kif l-ewwel indikazzjonijiet juru li se jġib il-maġġoranza li għandu bżonn.
Raisi li hu mħallef u meqjus bħala konservattiv, għandu fuqu sanzjonijiet mill-Istati Uniti u jingħaq li għandu konnessjonijiet ma’ eżekuzzjonijiet ta’ priġunieri.
Huwa kkontesta din l-elezzjoni ma’ tlett membri oħra.
Jekk jiġi elett, Raisi se jkun jokkupa t-tieni l-aktar kariga importanti tal-pajjiż wara l-mexxej suprem.