Kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Glenn Carabott, l-eks Surġent tal-Pulizija akkużat bi stupru fejn xhud qalet li dan kien ikkomunika magħha mingħajr permess.
Fil-Qorti xehdet xhud li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, fejn qalet li hi kienet ilha taf lil Carabott għal madwar tmintax-il xahar meta ġie arrestat hekk kif hu kien ħabib ta’ binha.
Hi qalet kif is-Surġent kien iċempillha b’mod regolari u kienu jitkellmu dwar ommu.
Qalet li ma tiftakarx jekk irċevitx telefonata mingħandu fis-sagħtejn ta’ filgħodu dakinhar tal-arrest tiegħu, jew inkella ċemplitlux hi jew mar għandha l-akkużat.
Il-Maġistrat ma kinitx konvinta mix-xhieda tagħha, li dehret inkonstistenti u avżatha li l-konsegwenzi ta’ xhieda falza huma serji.
Xehed ukoll l-Ispettur Michael Vella, li sostna kif is-Supretendent tiegħu kien qallu li fuq ix-xena li kien investiga Carabott waħdu nstabet wkoll id-droga.
Wara ġie arrestat u interrogat Carabott u sostna li kien mar jinvestiga r-rapport waħdu.
L-allegat vittma tat t-shirt u tissue lill-Pulizija hekk kif qalet li dawn intużaw biex l-imputat jimsah lilu nnifsu, u dawn ingħataw lill-esperti tad-DNA.
Intqal kif Carabott wera l-pulizija l-filmat ta’ tnax-il sekonda tal-allegat stupru, fejn dehru ċintorin tal-Pulizija, u miegħu kien hemm ukoll taser u anke pistola.