Nasir Musbah Alli ta’ tnejn u għoxrin sena mill-Etijopja nżamm taħt arrest wara li wieġeb mhux ħati li f’Ġunju seraq apparat elettroniku u flus kontanti minn karozzi f’San Ġiljan, Ta’ Sliema u Raħal Ġdid.
Id-difiża m’għamlet ebda talba għall-ħelsien mill-arrest hekk kif l-imputat m’għandux indirizz fiss, u għalhekk baqa’ jinżamm arrestat.