Il-plejer tad-Danimarka, li waqt l-ewwel logħba tagħhom spiċċa mitluf minn sensih, ippubblika l-ewwel ritratt u messaġġ minn meta seħħ il-każ.
Fil-messaġġ tiegħu hu rringrazzja lil kulħadd tal-messaġġi li rċieva minn madwar id-dinja.
Spjega kif dawn ifissru ħafna kemm għalih u kif ukoll għal familtu.
Qal kif jinsab tajjeb, fiċ-ċirkustanzi li jinsab fihom fejn xorta se jkollu jagħmel numru ta’ testijiet fl-isptar, iżda jħossu tajjeb.
Sostna kif se jkun qed jagħti l-appoġġ tiegħu lit-tim tiegħu fil-logħob li jmiss.