Stennija kbira għall-ewwel laqgħa bejn il-President Amerikan Joe Biden u dak Russu Vladimir Putin f’Ġinevra, l-Isvizzera.
Fl-aħħar sigħat il-President Russu fuq intervista televiżiva qal kif qed issir pressjoni fuqu biex jiddistakka ruħu min maċ-Ċina, fejn saħaq li dan il-pajjiż Asjatiku mhuiex ta’ theddida.
B’reazzjoni għal dan il-mexxejja tan-NATO, f’summit importanti fi Brussell, wissew dwar it-theddid militari taċ-Ċina, fejn kull ma jmur qed tkompli tissaħħaħ.
Bosta kritiċi qalu kif din il-laqgħa bejn il-mexxejja ta’ tnejn mill-akbar pajjiżi fid-dinja. Mistennija tbatti ftit it-tensjonijiet li kienn hemm bejniethom.