Fis-snin li ġejjin, id-domanda għall-elettriku mistennija tiżdied bin-nofs ta’ dik ta’ bħalissa, u kien għalhekk li l-Gvern skatta l-proċess biex jiġi installat interconnector ġdid.
Wieħed mill-inġiniera tal-grid tal-Enemalta spjega li minħabba dan il-fatt, huwa importanti li l-Enemalta tkompli tinvesti f’sors ieħor tal-elettriku f’pajjiżna.
Dan se jikkumplimenta l-interconnector eżistenti u l-powerstation tal-Electrogas.
Spjega, “Bl-iżvilupp li jkompli jseħħ fil-pajjiż l-ammont ta’ domanda dejjem tikber u għaldaqstant ikollna bżonn aktar sorsi tal-enerġija u f’dan il-każ se jkollna interconnector ieħor li jgħaqqadna mal-grid Ewropea”
Apparti ż-żieda fid-domanda, l-inġinier komla jispjega li l-Enemalta dejjem tara li jkollha sors żejjed f’każ ta’ ħsarat u xogħol ta’ manutenzjoni.
Qal, “L-Enemalta taħdem dejjem ikollha wieħed żejjed. Jiġifieri aħna ngħidu n-1. Jekk int għandek diostribution centre b’żewġ transformers, b’wieħed ngħaddu imm aġħna dejjem ikollna it-tieni wieħed f’każ ta’ ħsara jew manutenzjoni. L-istess ħaġa fin-network.”
Dan il-kunċett wera l-importanza s-sena l-oħra meta pajjiżna għamel xahrejn jiddependi fuq sors wieħed tal-enerġija wara li l-interconnector ġarrab diversi ħsarat kawża t’ankra ta’ vapur.
Qal, “Jekk ikollna ħsara jew ikollu bżonn jintefa għal manutenzjoni ikun hemm it-tieni wieħed li jagħmel tajjeb għalih. Din filfatt rajniha meta kellu l-ħsara is-sena l-oħra domna xahrejn u nofs mingħajr interconnector. Dik tikkawża problema biex tiġi ġġenerata l-enerġija għall-konsumaturi”
Biex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn iż-żewġ interconnectors iġarrbu ħsarat, it-tieni cable se jkun qed jgħaddi minn rotta differenti.
Spjega, “Ma tkunx l-istess rotta. Fil-baħar, jinżam distanza sostanzjali biex jekk jista jkun jekk issir hsara b’ankra dak il-każ wieħed jista jkun tiġrilu ħsara u t-tieni wieħed le.”
Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Gvern ħabbar li pajjiżna se jkollu t-tieni interconnector b’investiment ta’ mija u sebgħin miljun ewro, b’konnessjoni diretta minn Ragusa li se jkompli jiddiversifika s-sorsi ta’ enerġija b’mitejn mega watt.