Fl-aħħar sigħat fiequ 5 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 2 każijiet minn fost 1,817 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 64 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 949,582 test.
Ingħataw ukoll 576,256 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 334,367 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 251,553 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant għas-sittax-il jum konsekuttiv, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.