Mara li gidbet lill-awtoritajiet Maltin wara li kienet ingħatat l-ażil fl-Italja ħames snin ilu, ingħatat sentenza sospiża.
Il-mara mill-Eritrea li tgħix il-Marsa, waslet Malta fl-2016, meta kienet gidbet dwar l-identità tagħha mal-Kummissarju għar-Refuġjati biex ma tintbagħatx lejn l-Italja.
Iżda meta riċentament spiċċat bla flus, kellha tammetti mal-awtoritajiet Maltin biex tkun ripatrijata lejn l-Italja.
Il-mara ammettiet l-akkużi kontriha u ngħatat sentenza sospiża ta’ sena ħabs wara li kkoperat mal-Pulizija fil-każ.