Matul ix-xahar li għadda ġew iffirmati 606 kuntratti ta’ xiri ta’ propjetà iktar mill-istess perjodu, is-sena li għaddiet.
Ikkonfermat dan statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika hekk kif uriet li f’Mejju li għadda ġew iffirmati 1,158 kuntratt ta’ xiri ta’ propjetà.
Il-valur tal-kuntratti ta’ xiri jaqbeż €319.5 miljun u b’hekk tliet darbiet akbar mill-valur tal-propjetà li nxtrat f’Mejju tas-sena l-oħra.
92.5% ta’ dawn il-kuntratti jinvolvi xiri ta’ propjeta’ min persuni individwali, fejn il-maġġoranza tal-bqija huma xiri ta’ proprjetà għall-kumpaniji.
L-aktar li nxtraw propjetajiet kienu f’Għawdex, Ħaż Żabbar, ix-Xgħajra, iż-Żejtun, Birżebbuga, Marsaskala u Marsaxlokk.
L-istess statistika wriet li fl-istess perjodu ġew iffirmati 1,478 konvenju. B’hekk kien hemm kważi elf konvenju aktar minn Mejju tas-sena l-oħra.
Għal din l-istatistika b’sodisfazzjon irreaġixxa l-Prim Ministru Robert Abela hekk kif il-bejgħ tal-proprjetà f’Mejju li għadda kien tliet darbiet iżjed minn Mejju tas-sena l-oħra.