L-aħwa Justin u Malcom Mercieca mill-Ħamrun ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li ġew mixlija li fis-sebgħa ta’ Ġunju kienu nvoluti fi ġlieda fil-Mellieħa li rriżultat f’raġel midrub gravi li kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei.
Huma ġew mixlija wkoll li attakkaw mara u hedduha flimkien mas-sieħeb tagħha.
Id-dettalji dwar ir-raġunijiet ta’ din il-ġlieda m’humiex ċari, iżda allegatament jinvolvi l-eks sieħba ta’ wieħed mill-aħwa u s-sieħeb ġdid tagħha.
Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur l-allegat vittmi u familthom.