Ryan Cutajar ta’ 25 sena ġie mmultat multa ta’ €2,000 wara li nstab ħati li weġġa’ tnejn f’ħabta bejn żewġ karozzi.
Il-każ imur lura għal April tal-2016.
Cutajar kien akkużat ukoll li saq il-karozza b’mod eċċessiv.
Fil-Qorti, l-akkużat qal li kull ma xorob flixkun birra biss u qal li huwa tilef il-kontroll tal-karozza wara li għaddiet vettura b’dawl qawwi.
Barra l-multa, il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo ssopendietlu l-liċenzja tas-sewqan għal iżjed minn xahar u ġie ordnat iħallas ftit inqas minn elf u ħames mitt ewro fi ħlas tal-esperti.