Iċ-ċampjins tal-Kampjonat Premier Ħamrun Spartans mhux ser jitħallew jikkompetu fl-edizzjoni li jmiss tal-UEFA Champions League.
Dan ġie rrappurtat fuq il-paġna ta’ facebook, tal-Argument, fejn intqal li minkejja l-aħbar għadha mhux uffiċjali, it-tim Ħamruniz se jkun qed jappella minn din id-deċiżjoni.
Fil-fatt fi stqarrija, il-klabb issa qal li qed jikkunsidra li jappella mid-deċiżjoni.
Il-klabb qal li huwa diżappuntat bid-deċiżjoni.
Kemm il-darba, Ħamrun jappellaw u jitilfu l-appell, se jfisser li Hibernians jieħdu post l-Ispartnas fiċ-Champions League, filwaqt li Gżira United u Birkirkara se jieħdu sehem fil-UEFA Europa League, waqt li Mosta jilagħbu fil-UEFA Conference League.
Il-fatt li l-UEFA ma ħallietx lil Ħamrun Spartans jikkompetu fiċ-Champions League huwa dwar korruzzjoni fil-futbol, ta’ każ li jmur lura tmien snin.