Żewġ persuni ġew arrestati wara li f’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali deher raġel jagħti daqqa ta’ ħarta lill-President Franċiż Emanuel Macron.
Dan ġara waqt żjara li l-President kien qed jagħmel fin-Nofsinhar tal-pajjiż.
Macron kien qed jiltaqa’ ma’ sidien tar-ristoranti u studenti.
Macron kien qed jitkellem magħhom fuq ir-ritorn lejn in-normalità l-ġdida.
Il-Prim Ministru Franċiż Jean Castex, iddeskriva dan bħala l-att bħala attakk fuq id-demokrazija.