Raġel ta’ 50 sena, li joqgħod Raħal il-Ġdid, ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 ta’ dalgħodu, f’dar li tinsab fi Triq Joseph Stivala, f’Raħal il-Ġdid.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.