Patrick Mangion ta’ 48 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal akkużi relatati ma’ serq aggravat.
Il-każ seħħ fis-17 ta’ Mejju li għadda f’dar fl-Imsida.
Hu ġie mixli wkoll li sar riċediv u li kiser il-kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest imposti fuqu minn tliet maġistrati differenti.