Għat-tielet ġimgħa konsekuttiva, uffiċjali tad-Dwana fl-uffiċċju postali ta’ Ħal Qormi, interċettaw tliet pakketti oħra bid-droga.
L-ewwel żewġ pakketti waslu mill-Olanda u kien fihom żerriegħa, ħaxixa u trab abjad.
It-tielet pakkett li wasal mill-Iżvizzera, ġie eżaminat mill-uffiċjali tad-Dwana wara li Stan, il-kelb mit-Taqsima tal-Klieb, indika li kien fih sustanza suspettuża.
It-tliet każijiet għaddew għand l-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga għal aktar investigazzjonijiet.