Raġel ta’ 40 sena mit-Togo u residenti Bormla tressaq il-Qorti akkużat li seraq kartiera ta’ raġel li kienet għadha kif waqgħetlu minn idejh fi Triq Sant Antnin Wied il-Għajn.
Ir-raġel ġie arrestat mill-Pulizija wara li matul il-jum tal-Ġimgħa persuna sabet xi dokumenti mill-kartiera misruqa quddiem sit ta’ kostruzzjoni fiż-Żejtun.
Hemmhekk il-Pulizija tkellmet mal-akkużat fejn ammetta li kien seraq il-kartiera u ġie arrestat. Il-flus misruqa għaddew kollha lura għand il-Pulizija.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Melvin Zammit.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras sabet lir-raġel ħati u tatu sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sena.