Il-kumpanija Facebook issospendiet il-paġna tal-eks President Amerikan Donald Trump ta’ Facebook u Instagram għal sentejn sħaħ.
Dan wara li f’Jannar li għadda kien ippubblika posts relatati mal-attakki u r-rewwixta fil-Capitol fl-Istati Uniti.
Fi stqarrija l-kumpanija qalet li l-azzjoni ta’ Trump kienet waħda li kisret b’mod qawwi r-regoli ta’ Facebook.
Għal dan kollu, Donald Trump qal li din il-mossa kienet waħda ta’ insult għal dawk il-miljuni li vvutawlu fl-aħħar elezzjoni presidenzjali f’Novembru li għadda.