Mijiet qed jipparteċipaw fl-attivitá Walk Cycle Run b’risq id-Dar tal-Providenza. Din hija t-tielet edizzjoni ta’ din l-attivitá bil-kollaborazzjoni tal-Grupp taż-żgħażagħ Gudja u RTK 4 Charity.
Din l-attivitá hija maqsuma f’erba’ attivitajiet li jinkludu:
Mixja – mill-pjazza tas-Siġġiewi
Ġirja – mill-pjazza taż-Żurrieq
Qadfa bir-roti – mill-pjazza tal-Katidral tal-Imdina
Rikba bil-muturi – mill-pjazza tal-Birgu
Din l-attivitá se tintemm b’quddiesa fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza.