Fi tmiem il-Konferenza għall-‘Istat ta’ Nazzjon’, il-President ta’ Malta George Vella ħabbar it-twaqqif tal-Fondazzjoni għall-Għaqda Nazzjonali.
Huwa saħaq li din il-fondazzjoni se tkun qed tisma’ lin-nies infushom b’dak li għad fadal xi jsir.
Fid-diskors tiegħu l-President innota li minn stħarriġ li sar, in-nazzjon Malti huwa konxju tal-ambjent Malti.
Hu staqsa jekk wasalx iż-żmien li l-ambjent jingħata identità jew personalità ġuridikali.