Grupp ta’ barranin minn pajjiżi terzi ġew ripatrijati wara li nstabu li kienu qed joqogħdu Malta mingħajr permess.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li dan seħħ bħala parti mill-ispezzjonijiet kontinwi mit-Taqsima tal-Immigrazzjon fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
Il-persuni barranin ġew mitkellma mill-Pulizija u wara ġew ripatrijati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom.