Każ li jinvolvi fond li tiegħu Tonio Fenech huwa direttur issa spiċċa f’idejn il-pulizija Ż̇vediża. Din l-aħħar żvolta seħħet -aħħar jiem meta l-Aġenzija tal-Pensjonijiet -Iżvezja talbet ukoll li r-responsabbiltà tad-diretturi ta’ Falcon Funds tkun investigata mill-Awtorità Żvediża għar-Reati Kriminali.
Dan qed ikun irrapportat fid-dettall fil-gazzetti KullĦadd u Maltatoday, wara li fl-aħħar jiem iddominaw ukoll il-midja Żvediża.
Il-kumpanija Falcon Funds, li tagħha Tonio Fenech huwa direttur intalbet trodd lura miljuni ta’ ewro. Dan wara li allegatament il-kumpanija ta’ Tonio Fenech ħadet flus minn ħalq pensjonanti Żvediżi b’mod frodulenti, bl-ammont ilaħħaq mal-mitejn u erbgħin miljun ewro. Id-dubji dwar tattiċi frodulenti qamu wara
li sar magħruf li minn uffiċini tal-kumpanija Konsumentkraft, ibbażata f’Alicante Spanja, saru telefonati lill-pensjonanti mingħajr esperjenza li bdew iħajruhom jpoġġu flushom fil-fond li tiegħu Fenech hu direttur.
Dan wassal biex saħansitra Falcon Funds intefgħet ’il barra mill-Iżvezja u skont l-aħħar tagħrif li ħareġ -Iżvezja, issa anke l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji qed titlob li l-Falcon Funds, li hi rreġistrata f’pajjiżna, tħallas dak mitlub minnha.
Fost oħrajn, f’korrispondenza ppubbikata dan l-aħħar, intqal li: “L-Awtorità Żvediża għal pensjonijiet se tagħmel minn kollox biex takkwista lura flus il-pensjonanti. Issa huwa f’idejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kemm fl-Iżvezja u dawk internazzjonali li jinvestigaw, biex jindagaw aħjar l-każ u jiskopru min hemm involut. Għaldaqstant, huwa importanti li d-diretturi tal- Falcon Funds ikunu investigati kif ukoll nies oħra li setgħu kienu involuti.”