Ħames żgħażagħ ġew arrestati fil-Belġju b’rabta mal-allegat stupru ta’ tifla ta’ 14-il sena li mietet ftit anqas minn ġimgħa ilu.
Jidher li jiem wara dan kollu bdew jinxterdu xi ritratti tal-attakk, li wasslu biex il-vittma tneħħi ħajjitha b’idejha.
Tnejn mill-arrestati għandhom anqas min 18-il sena u qed jinżammu f’faċilità tal-minuri. Tnejn oħra, li għandhom 18 u 19-il sena, mistennija jidhru quddiem il-Qorti.
Rapporti qed jgħidu li l-vittma kienet miftiehma ma’ ħabib tagħha, iżda dan tfaċċa mal-erba’ akkużati l-oħra.
Ritratt: AFP