L-akbar kumpanija tal-ipproċessar tal-laħam fid-dinja sfat vittma ta’ attakk virtwali sofistikat fl-aħħar sigħat.
Skont rapporti, xi persuni rnexxielhom jidħlu fis-sistema diġitali tal-kumpanija JBS, bir-riżultat li twaqqfu ħesrem xi operazzjonijiet fl-Awstralja, fil-Kanada u fl-Istati Uniti. Jidher ukoll li eluf ta’ ħaddiema ġew affettwati.
Fi stqarrija l-White House qalet li t-tmexxija tal-kumpanija għandha raġuni valida, biex taħseb li l-moħħ wara dan kollu, kienet għaqda kriminali mir-Russja.
Dan jista’ jwassal ukoll għal nuqqas ta’ prodott fis-suq, u prezzijiet ogħla għall-klijent.
Ritratt: Getty Images