Raġel ta’ 38 sena minn Ħal Luqa, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, wara li tressaq il-Qorti mixli b’vjolenza domestika fuq is-sieħba tiegħu.
Fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, il-Prosekussjoni mmexxija mill-Ispettur Eman Hayman esprima d-dubji tiegħu wara li l-Avukat li dehret għall-vittma qalet li din kienet qed taħfirlu.
Il-vittma li kienet preżenti fl-awla bi ġrieħi f’idejha u bil-punti f’wiċċha.
Hija wriet l-intenzjoni ta’ maħfra lejn l-akkużat.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni oġġezzjonat.
Il-Maġistrat Demicoli laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet, fosthom depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €9,000.