Raġel ta’ 38 sena minn Santa Luċija, ingħata sentenza ta’ sentejn probation wara li ammetta li pprova jisraq biex immantni lill-familtu, minħabba li nefaq kollox minħabba l-problema tad-droga.
Il-Qorti, li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli, semgħet kif ir-raġel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, inqabad jisraq fil-fatt, ftit wara nofsillejl tat-Tnejn fl-iskola tar-raħal fejn jgħix.
Fil-Qorti sar magħruf li l-akkużat għandu problema ta’ droga.
Il-Qorti nnutat kif l-imputat għandu kondotta nadifa u għalhekk ingħata sentenza ta’ probabtion minflok ħabs.
Il-Maġistrat qalet li huwa importanti li r-raġel ikun ittestjat għal kontra d-droga, filwaqt li wissietu li jekk ma jobdiex l-ordni ta’ probation jintbagħat il-ħabs.