Franza llum fakkret is-86 persuna li mietu f’attakk meta trakk baqa’ dieħel fuq dawk miġbura f’Nice waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum Bastilja.
L-attakk terroristiku seħħ nhar l-14 ta’ Ġunju u llum, fil-preżenza ta’ membri tal-familja u ħbieb, saret ċerimonja fuq għolja li tħares lejn Promenade des Anglais, fejn seħħ il-massakru.
Fost dawk li poġġew fjuri hemm ċertu Cindy Pellegrini, li tidher fir-ritratt, li tilfet xejn inqas minn sitt membri mill-familja tagħha. F’diskors qasir hija fakkret fl-ideali Franċiżi tal-libertà, ugwaljanza u fraternità.
L-ismijiet ta’ dawk kollha li tilfu ħajjithom inqraw u 86 warda tpoġġew fiċ-ċentru ta’ pjazza. “Id-dieqa tagħna ma tistax tpoġġiha fi kliem” qalet Pellegrini, “kif tista’ tgħix bil-ġrieħi fiżiċi?…kif tista’ tgħix bil-ġrieħi morali?”