Raġel ta’ 57 sena, li joqgħod Bormla, indarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq, b’konsegwenza li baqa’ dieħel ġo arblu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:00 ta’ dalgħodu, fil-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.