AĠĠORNAT: ONE News ġie infurmat mill-kumpanija li għandha l-vann inkwistjoni li l-pulizija ma sabet xejn irregolari waqt operazzjoni dalgħodu fiċ-Ċirkewwa.
Intqal li din kienet spezzjoni ta’ rutina u l-pulizija rrilaxxat lix-xufier tal-vann.
AKTAR QABEL: Dalgħodu numru ta’ Pulizija pajżana u membri tar-Rapid Intervention Unit iċċirkondaw vann li deher li kien qed iġorr xi fliexken tas-sapun.
Minn filmati li kiseb one.com.mt jidher li l-Pulizija ħattew il-prodotti kollha mal-art u saħansitra għollew il-kabina tal-vann sabiex issir tfittxija taħtha.
Għadu mhux magħruf jekk ġewx miżmuma xi persuni mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.