Il-każini se jkunu qed jiftħu mis-6 ta’ Ġunju flok mis-7 ta’ Ġunju.
Din hija eċċezzjoni għall-każini biss peress li hemm xi lokalitajiet fejn il-festa tar-raħal taħbat il-Ħadd 6 ta’ Ġunju.
Dan qalu id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata wkoll mill-Prim Ministru Robert Abela.
Qal li l-każini se jkunu jistgħu jiftħu bħar-ristoranti, bin-nies bilqiegħda u b’numru limitat ta’ persuni flimkien.
Dan se japplika għall-bars mis-7 ta’ Ġunju.
Id-Deputat Prim Ministru semma wkoll progress fid-diskussjonijiet mal-operaturi ta’ attivitajiet kulturali u ta’ divertiment fost oħrajn.
Spjega kif fil-futur qrib dawn se jkunu qed isiru b’kontroll u fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jitħabbru x’attivitajiet jistgħu jsiru.
Dwar ir-rilaxx ta’ miżuri fil-ġimgħat li għaddew id-Deputat Prim Ministru ħabbar li dawn kienu ta’ suċċess hekk kif ma kienx hemm żieda fit-trasmissjonijiet tal-virus.
B’hekk saħaq li r-rilaxx ta’ miżuri jista’ jibqa’ għaddej kif pjanat.