L-attur Amerikan, Joe Lara hu maħsub li miet wara li ajruplan żgħir li kien fuqu ġġarraf f’Tennessee.
L-attur li kien jagħmilha ta’ Tarzan għandu 58 sena u hu mifhum li hu fost is-seba’ persuni mejta wara li l-ajruplan waqa’ f’lag viċin Smyrna.
Martu wkoll hi mifhuma li mietet f’dan l-inċident.
Membri tad-dipartiment tas-salvataġġ qalu li sabu fdalijiet tal-ajruplan u ta’ nies mejta.
Fl-2002, Joe Lara kien irtira bħala attur u beda karriera fil-mużika country.
Ritratt: Getty Images