Fl-aħħar sigħat fiequ 4 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 2 każijiet minn fost 1,722 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 66 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 926,764 test.
Ingħataw ukoll 515,662 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 316,747 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 208,118-il persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.