Il-Pulizija Ġermaniża fil-belt ta’ Duisburg qed tinvestiga l-każ ta’ tarbija ta’ 40 jum li tpoġġiet fuq is-sit elettroniku eBay għall-bejgħ, għall-prezz ta’ €5,000.
Skont Fox News, il-ġenituri ta’ din it-tarbija kienu deskritti biss bħala ‘refuġjati’ mill-Pulizija. Dawn ittieħdu għall-interrogazzjoni fuq suspett ta’ traffikar ta’ persuni.
Fl-appartament tagħhom sabu evidenza li r-ritratti tat-tifla tpoġġew fuq ebay minn dak l-appartament stess. Iżda ma kienux biss il-ġenituri li kellhom aċċess għal din il-konnessjoni, imma magħhom kien hemm membri oħra tal-familja.