Anias u Jadon Mc Donald, li għandhom sena u xahar, fl-aħħar huma separati.
Għalkemm it-tobba qatgħu qalbhom u kienu se jwaqqfu l-operazzjoni nofs triq, wara għoxirn siegħa din l-operazzjoni rnexxiet.
Waqt l-operazzjoni li saret fi Bronx irriżulta li s-subien kienu qed jaqsmu bejniethom parti ferm ikbar minn moħħhom milli maħsub oriġinarjament. Dan anke minkejja li ritratti 3D wrew li l-operazzjoni kienet possibbli. Infatti kien fl-aħħar mumenti li t-tobba sabu daħla żgħira f’ras iċ-ċkejknin, u setgħu jisseparawhom.
Skont il-kirurgu James Goodrich, huwa inkredibbli li s-subien irnexxilhom jaslu s’hawn.
Anais kien aktar affetwat mill-operazzjoni u dam aktar rikoverat. Ħajtu kienet verament fil-periklu hekk kif ma’ kull pass li sseparah minn ma’ ħuh, qalbu u l-pressjoni tiegħu ħadu pass lura. Qabel l-operazzjoni ċ-ċkejknin kellhom jgħaddu minn proċess kiefer – ingħataw sustanzi biex tiġġebbed il-ġilda sabiex kien hemm biżżejjed minnha meta l-irjus kienu separati.
Il-ġenituri tagħhom Nicole u Christian minn Illinois stewwehom bil-ħerqa fis-sala ta’ stennija tul l-operazzjoni kollha. L-omm, li għandha 31 sena, qalet li l-atmosfera fost il-familja kienet waħda ta’ ferħ, imħallta ma’ sens ta’ inċertezza għal dak li se jġib il-futur.