Għall-ħabta tal-10:00 ta’ dalgħodu, Adrian Hillman se jitressaq il-Qorti mixli fost oħrajn bi frodi u ħasil ta’ flus.
Dan wara li lbieraħ Hillman kien estradit lejn Malta mill-Ingilterra. Mal-wasla tiegħu f’Malta, Hilman ittieħed immedjatament il-Ħamrun biex inkun interrogat mill-Pulizija tat-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi.
Hu se jitressaq quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.
L-eks Direttur Maniġerjali tal-Allied Newspapers, responsabbli mill-pubblikazzjoni tat-Times huwa t-tielet direttur tat-Times li se jispiċċa fl-iżbarra wara Vince Buhagiar u Michel Rizzo.
Il-Prosekuzzjoni se tkun qed titmexxa mill-Ispetturi Joseph Xerri u Lianne Bonello, kif ukoll minn Dr Antoine Agius Bonnici, Dr Andrea Zammit u Dr Sean Xerri de Caro mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.