Il-Fondazzjoni Sagħtar, fakkret il-ħamsin sena minn meta bdiet tkun ippubblikata r-rivista Sagħtar.
Għal din iċ-ċelebrazzjoni attenda l-Prim Ministru Robert Abela, li qal kif anke hu bħala student kien jistenna dan il-magażin u enfasizza kif is-Sagħtar minn dejjem kellu valur edukattiv.
Dan il-magażin beda jiġi stampat fl-elf disa’ mija wieħed u sebgħin mill-Moviment Qawmien Letterarju.
Fl-elf disa’ mija sitta u sebgħin, ir-rivista għaddiet f’idejn l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT.
Hija baqgħet tiġi stampata kull sena apparti f’perjodu qasir bejn l-elfejn u ħmistax u l-elfejn u għoxrin.
Fl-elfejn u għoxrin l-MUT waqqfet fi ħdanha l-Fondazzjoni Sagħtar, biex tieħu ħsieb l-irwol professjonali tal-unjin, inkluża din ir-rivista.
Għal din iċ-ċelebrazzjoni attendiet ukoll il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana.