Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ppropona li jiddedika ġnien ġdid għal Renald Falzon, li serva bħala Sindku ta’ Ħal Qormi sal-elfejn u għoxrin.
Falzon miet f’Novembru li għadha fl-età ta’ 46 sena u kien magħruf għal ħidma komunitarja u kemm kien viċin in-nies.
B’rabta ma’ dan il-ġnien il-ġdid, il-komunità ta’ Ħal Qormi se tgawdi minn proġett aħdar bl-appoġġ ta’ Ambjent Malta.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia, li spjega li l-proġett, li qed isir mill-Kunsill Lokali bħala parti mill-inizjattiva ‘Inħaddru Pajjiżna’, immexxija mill-Ministeru.
Dan il-ġnien, li mistenni jitlesta fi tmien ġimgħat, se jkun f’ta’ Farsina u fih se jitħawwlu bosta siġar u arbuxelli.