L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għadha kemm irrakkomandat li l-vaċċin tal-Pfizer kontra l-Covid-19 jibda jingħata lit-tfal bejn it-12 u l-15-il sena.
L-EMA għamlet din ir-rakkomandazzjoni biex tkun tgħodd għall-istati membri fl-Unjoni Ewropea u għalhekk tkun anki applikabbli għal Malta, hekk kif l-Awtorità Maltija għall-Mediċini timxi fuq il-parir tal-EMA.
L-EMA ħabbret uffiċjalment din ir-rakkomandazzjoni ftit tal-ħin ilu f’konferenza tal-aħbarijiet.
Ilbieraħ filgħaxija, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa qal li fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jibdew jitlaqqmu dawk li jgħoddu bejn it-12 u l-15-il sena hekk kif studji sabu li l-vaċċin huwa effettiv u sigur anki fost din il-kategorija ta’ età.
Il-vaċċin diġà jingħata lit-tfal f’pajjiżi bħal Kanada.