Baday Osman, Tork ta’ 43 sena ntbagħat erba’ snin ħabs wara li ffastidja sesswalment tfajla ta’ 16-il sena waqt li kienet fi triqitha għal-lezzjonijiet tal-privat.
Huwa kien akkużat ukoll li attakka u li beżża’ bi vjolenza lit-tifla.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech innutat kif dan l-att seħħ mingħajr ebda provokazzjoni u fid-dawl tax-xemx u li allura l-akkużat xejn ma kien ser iżommu milli jwettaq reat simili.