Pajjiżna llum huwa mistenni li jaqbeż in-nofs miljun doża fl-għoti tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Dan filwaqt li 200,000 persuna huma mlaqqma kompletament.
Dan ħabbruh il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Aktar kmieni din il-ġimgħa pajjiżna laħaq l-immunità kontra l-virus, dan hekk kif pajjiżna laqqam b’aktar minn 70% b’min tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin.
Malta hija l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li laħaq l-immunità għall-virus.
Il-Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa u li dawk il-persuni li ħadu u qed jieħdu l-vaċċin kontra l-Covid-19.