Ix-xogħlijiet fuq ix-xatt ta’ Marsalforn li kellhom jieqfu ħesrem wara li sid ta’ propjetà daħħal mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti, se jerġgħu jibdew minnufih.
Dan hekk kif il-mandat ta’ inibizzjoni ġie miċħud mill-Qorti.
Qal dan il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook fejn qal kif hu ta direzzjoni biex l-aħħar ftit xogħlijiet ikomplu minnufih u mingħajr aktar telf ta’ ħin.